Bħal ma ħafna jafu, Gianluca Bezzina apparti li huwa kantant verament kapaċi li anke kien għamel prestazzjoni tajba ħafna fil-Eurovision, hu wkoll tabib u ilu snin f’dan il-qasam.

Issa l-kapaċità ta’ Gianluca qed tiġi ppremjata għax dan għadu kemm jingħata is-Saviour Cilia Award mill-Kulleġġ tat-Tobba tal-Familja f’Malta. Dan il-premju jingħata għan-nominat li waqt l-eżami tal-MMCFD juri prestazzjoni verament tajba.

“Dr. Bezzina li ilu  jaħdem għall-aħħar tliet snin mal-FSWS qed jagħmel programm ta’ taħriġ biex jispeċjalizza fl-Addiction Medicine. Awguri Dr Gianluca”, kitbu fuq il-paġna tal-Foundation for Social Welfare Services.

gian

It-tim ta’ Gwida.mt jawgura lil Gianluca għal dan il-premju tant mistħoqq.

Facebook / Gianluca Bezzina


Henzley  Bezzina