Waħda mill-miżuri li ħa tidħol fis-seħħ mal-ftuħ tar-restoranti hi li ma jistax isir tipjip fuq l-imwejjed ta' barra, iżda wieħed irrid ikun madwar għaxar metri bogħod biex jagħmel dan. Il-preżentatur Sergio Mallia qajjem punt fuq il-midja soċjali tiegħu, punt li hemm min qabel u hemm min ma qabilx ma' dak li jixtieq li jseħħ hu.

Hu jistaqsi jekk il-fatt li t-tipjip fuq barra tar-restoranti jistax jibqa' pprojbit għalkollox għax din żgur li kienet miżura li għoġbitu. Kellu diversi kummenti. Min ma jpejjipx u forsi jdejquh is-sigaretti żgur li din il-proposta niżlitlu għasel! Int taqbel li għandha tidħol u ma titneħħiex anke meta tgħaddi l-pandemija tal-Covid-19.

Facebook / Sergio Mallia


Emil Calleja Bayliss