Il-kantant lokali Mauro Kitcher, ftit tal-ħin ilu ħabbar li għaddiet għall-ħajja ta' dejjem in-nanna tiegħu. Hu ħalla messaġġ fuq il-midja soċjali avolja jinsab bla kliem.

Mauro kiteb, "Għażiża nanna... M'għandix kliem biex niddeskrivi kif qed inħossni bħalissa... L-unika konsolazzjoni li għandi bħalissa hija li ommi tixbah perfettament lilek."

Hu jkompli jgħid, "Strieħ fil-paċi għażiż nanna... Tir fil-għoli... issa wasal iż-żmien li tgawdi liz-zija Jane, liz-ziju Freddie, liz-ziju Charlie u l-bqija. Issa wasal iż-żmien li jiċċelebraw il-wasla tiegħek fil-ġenna."

Hu spiċċa jgħid, "Inħobbok dejjem. Strieħ fis-sliem."


Emil Calleja Bayliss