Żewġ mill-mistednin fuq il-programm Sibtek kienu id-disinjatur Kersten Borg u l-mara tiegħu Shanice. Waħda mill-affarijiet li tkellmu fuqhom kien il-fatt li għat-tieġ tagħhom, Kersten kiser tradizzjoni kbira li normalment issir f’kull tieġ.

Filwaqt li s-soltu r-raġel jara l-libsa għall-ewwel darba fil-ġurnata tat-tieġ, Kersten mar kontra din it-tradizzjoni u saħansitra ddisinja l-libsa tat-tieġ tal-għarusa tiegħu stess.

“Kellna diskussjoni fejn propjament xtaqet żewġ ilbiesi - waħda għaċ-ċerimonja u l-oħra għas-sala. Jien mort għal libsa waħda fejn setgħet tinqeleb minn overskirt għal sheet, fejn ovvjament tkun iktar eħfef. Hekk b’libsa waħda  lqatna żewġ għasafar.”

kersten
Ritratt: Facebook/Shanice Borg

Shanice kompliet ma li qal Kersten: “Jien vera ħassejtni komda għax naf li Kersten jiddisinja. Allura għaliex ma jiddisinjax il-libsa tiegħi? Kienet xi ħaġa emozzjonali wkoll fl-istess ħin.”

“Dħalt fejn kienu qed jippreparaw lill-mara dakinhar, u litteralment il-hair dresser u l-make up artist inħasdu. Kienet xi ħaġa mhux normali għalihom.”

kersten
Ritratt: Facebook/Shanice Borg

Kersten kompla jgħid li ma jemminx fis-superstizzjonijiet u fil-bad luck. Intom x’taħsbu fuq it-tradizzjoni li ddeċidew li jiksru Kersten u Shanice? Tagħmluha intom kieku?

Facebook/Shanice Borg


Nicole Barbara