Il-ġimgħa l-oħra għamilna introduzzjoni tal-kantanti li ħa jkunu qed jipparteċipaw fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-festival L-Għanja Tal-Poplu. Kien fadal żewġ kantanti biss biex jiġu deċiżi u dawn għamlu kuntatt magħna, b’hekk nistgħu nħabbru min ħa jkun qed ikanta liem kanzunetta.

  • Bejn L-Erba' Ħitan – Kayley Cuschieri

  • Dawl Għajnejja – Fabrizio Faniello

  • Din Għalik – Francesca Zammit

  • Fil-Ħoġor Tat-Tieqa – Ruth Portelli

  • Fil-Klassi – Ishmael Grech

  • Għadu Mhux il-Waqt – Janice Mangion

  • Ħallini Nħobbok – Jade Vella

  • Id-Ditta Tal-Ġlekk – Joseph Refalo

  • Il-Verità – Philip Vella

  • Jekk Tafx Min Jien – Nedved Galea

  • Mhux Li Kien – Justine Bezzina

  • Minn Kajfas Għal Għand Pilatu – Rachel Lowell

  • Misraħ Ġawhra – Dorcas Debono

  • Pjazza Ġdida – Mark Cachia

  • Tfewwaħ – Cherylis

  • Vuċijiet – Maria Spiteri

Iż-żewġ ismijiet li ġew ikkonfermati huma ta’ Ishmael Grech u Justine Bezzina. Ishmael Grech ħa jkun qed jagħmel id-debutt tiegħu f’dan il-festival. Ishmael mhux xi kantant ġdid, riċentament deher fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza u fis-Sajf li għadda rajnieh ukoll fil-musical Il-Ħanina Maddalena.

Mill-banda l-oħra Justine Bezzina ħa tkun qed tagħmel ir-ritorn tagħha fix-xena lokali, ħafna jiftakkru lil kantanta fil-Malta Eurovision tal-2005 bil-kanzunetta Through Your Eyes, fost wirjiet oħra ġo festivals lokali. Dawn it-tnejn jingħaqdu mal-14-il finalist li għandna naraw fl-31 t’Awwissu.

Il-festival hu l-unika wieħed tax-xorta tiegħu f’pajjiżna, hekk kif il-finalisti jkunu akkumpanjati mill-Malta Concert Orchestra. Preġju ferm mill-isbaħ li nisimgħu xogħol oriġinali jiġi interpretat b’dan il-mod. Kollox hu possibli grazzi għal kumitat l-Għanja tal-Poplu li ħa jkun qed itella’ l-43 edizzjoni ta’ dan il-festival.


Emil Calleja Bayliss