Destiny, Christabelle u Janice lkoll huma talenti magħrufin fid-dinja tal-Eurovision lokali, però hemm xi ħaġa li tista’ torbot isimhom flimkien fil-futur qarib?

Destiny

Facebook / Destiny Chukunyere

F’sensiela ta’ aġġornamenti fuq Instagram, wara li l-artista żagħżugħa talbet l-opinjoni tas-segwaċi tagħha rigward x’diski jixtiquha tkanta fil-futur, li aktarx jistgħu jagħmlu parti mis-set tagħha fil-Wicked Festival nhar il-Ġimgħa. Uħud minnhom wrew l-interess li toħroġ cover ta’ Kewkba ta’ Janice Mangion jew Taboo ta’ Christabelle, u ż-żewġ kantanti in kwistjoni jidhru li ħadu l-messaġġ, hekk kif ukoll ħatfu l-opportunità li jxandru din l-aħbar fuq il-profili rispettivi tagħhom ta’ Instagram.

Destiny

Destiny

Instagram / @destinyofficial_x

Minbarra dawn id-diski, jidher li hemm interess kbir ukoll sabiex il-kantanta terġa’ tkanta d-diska rebbieħa tagħha tal-Junior Eurovision Song Contest 2015, Not My Soul.

Taħsbu li dawn se jkunu sempliċi covers biss, jew għandna nistennew kollaborazzjoni bejniethom xi darba?

Facebook / Destiny Chukunyere


Kurt Gabriel Meli