Il-kantanta Maltija lbieraħ kellha t-tieni prova fuq il-palk ġewwa Turin u fuq il-midja soċjali kien hemm ħafna kritika għall-fatt li Emma ma kinitx qed tinstema' b'saħħitha bħal ma nafuha. Donnu l-vuċi tagħha kienet għajjiena.

Il-kummenti tan-nies kienu kemxejn ħorox. Wieħed irrid iżomm f'moħħu kemm ikun hemm attivitajiet marbuta mal-Eurovision Song Contest u l-kantanta Maltija qed tagħmel l-almu tagħha biex tlaħħaq ma' kollox u żżomm bilanċ.

Fuq l-instagram stories tagħha l-kantanta qalet li ma tinsabx mija fil-mija, "Għandi leħni ftit maħnuq. Allura leħni ma kienx fl-aqwa tiegħu illum. Imma se nistrieħ dan il-weekend biex niżgura li nkun fl-aqwa tiegħi għas-semifinali tal-ġimgħa d-dieħla”, hija qalet fil-filmat.

Aħna f'isem Gwida.mt, nawguraw lil Emma fejqan ta' malajr u nittamaw li fil-prova li ġejja tkun fl-aqwa forma tagħha. Awguri Emma! Awguri Malta!


Emil Calleja Bayliss