Kevin Mercieca hu magħruf bħala wieħed mill-aktar preżentaturi li taw l-opportunità lill-ġenerazzjoni ta' issa ssemma' leħinha.

Sa minn meta beda l-programm tiegħu Sfera hu kien anke jagħti ċ-ċans b'mod speċjali liż-żgħażagħ biex jgħidu tagħhom. Wara s-suċċess tal-programm Attwali, issa jmiss produzzjoni oħra minn Ottubru li ġej.

gf

Distintivi huwa programm ġdid li se jkun iddedikat kollu kemm hu għaż-żgħażagħ, partikolarment, dawk iż-żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-35 sena. Minn Ottubru li ġej Distintivi se jkun qed jixxandar fuq l-istazzjon televiżiv ONE kull nhar ta’ Erbgħa bejn l-22.30pm u l-23.30pm, b’repetizzjoni l-Ħadd fl-istess ħin.

gf

L-ewwel programm se jkun qed jixxandar l-Erbgħa 30 ta’ Settembru, 2020. F’kull programm apparti panel biż-żgħażagħ se jkollna wkoll mistiedna oħra li huma professjonisti jew esperti fis-suġġett li jkun diskuss. Fil-programm Distintivi se jkollna wkoll numru ta’ artisti residenti sabiex jallegraw il-programm permezz tal-mużika, fost l-oħrajn.

Bħalissa t-tim jinsab fil-proċess li jagħżel numru ta’ żgħażagħ sabiex ikunu mistiedna fil-panel tal-programm Distintivi. Jekk tixtieq tkun parti minn din il-familja, agħmel kuntatt fuq 99488157.

Instagram/ iamiftikharkan_


Kyle Zarb