Carina Camilleri magħrufa bħala stilista tal-ħwejjeġ u direttriċi ta’ Models M, kif ukoll omm il-preżentatur Ben Camille. Illum hi waħda minn dawk il-ġranet li għaliha, qatt mhu se tinsa u se tibqa’ tgħożż għal dejjem.

Imma x’ġurnata hi eżatt? Propjament, hu għeluq snin wieħed mit-tfal tagħha, Dale, li llum se jkun qed jiċċelebra t-28 sena tiegħu.

“Happy birthday lil Dale tiegħi, l-iktar wieħed pożittiv, l-iktar wieħed li jaħseb f’ħaddieħor u li jħobb, l-iktar sabiħ, l-iktar li jieħu ħsieb u l-iktar persuna intelliġenti ta’ 28 sena li naf. Int għamiltni vera kuntenta u kburija bik. Inħobbok ħafna Dale,” kitbet Carina fuq il-midja soċjali.

Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nittamaw li Dale ikollu ġurnata mill-isbaħ. Awguri mill-qalb!

Facebook/JCiappara Photography


Nicole Barbara