Saru waħda mill-aktar koppji popolari ta' kull żmien fuq l-iskrin permezz tal-musical Grease li baqa' popolari sal-lum il-ġurnata. Hekk kif ilbieraħ tħabbret il-mewt ta' Olivia Newton John, John Travolta li kien għamel il-parti tal-maħbub tagħha Danny f'dan il-film tella' status sabiex irodd ħajr lil Olivia.

Hu kiteb, "Għażiża Olivia tiegħi, int għamilt ħajjitna kollha ħafna aħjar. L-impatt tiegħek kien inkredibbli. Inħobbok ħafna. Narawk tul it-triq u nerġgħu nkunu lkoll flimkien. Tiegħek mill-ewwel mument li rajtek u għal dejjem! Danny tiegħek, John tiegħek!"

Għalkemm kienet ilha tiġġieled il-marda tal-kanċer tas-sider għal diversi snin, il-mewt tagħha ħasad lil bosta. Diversi personaġġi qasmu r-ritratti tagħhom mal-istilla, filwaqt li oħrajn qasmu siltiet li kienet popolari għalihom Olivia.

Dan t'hawn fuq hu l-aħħar ritratt li qasmet Olivia Newton John fuq il-profil uffiċjali ta' Instagram tagħha. Sejħitlu Flashback Friday, li jindika li kien meħud xi żmien ilu. Insellmu l-memorja tagħha mill-ġdid!

Instagram / John Travolta


Emil Calleja Bayliss