Ronald Briffa dan l-aħħar kien fuq il-programm Sibtek flimkien ma' Luke Dalli, Luke biex jiċċajta qal li Ronald għamel ħajtu sħiħa jistudja u probabbli hu l-iktar student li ilu għaddej bl-istudji tiegħu.

Ritratt: Facebook / Ronald Briffa

Ir-risposta ta' dan toħroġ b'sempliċiment ritratt li xeħet Ronald Briffa fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Ronald Briffa lbieraħ gradwa b'Master of the Arts in European Politics, Economics and Law. Jidher li beda jiġbidlu siequ apposta Luke.

Ma jistax jonqos ritratt tal-okkażjoni wara dik il-ħidma u sagrifiċċji li wieħed ikun għamel li wasal s'hawn. Bħalissa għaddejjin il-gradwazzjonijiet u ċerti li wiċċ Ron mhux l-unika wiċċ familjari li gradwa.

Ritratt: Facebook / Nigel Mifsud

Fl-istess ċerimonja miegħu lbieraħ gradwa wkoll Nigel Mifsud, il-ġurnalista ta' TVM li rajnieh ukoll imexxi l-aħbarjiet ta' flgħaxija fuq l-istazzjon nazzjonali. 

F'isem Gwida.mt nawguraw lil Ronald, lil Nigel u l-tant u tant studenti li ħa jkunu qed jiggradwaw u jiċċelebraw dan is-suċċess.

Facebook / Ronald Briffa


Emil Calleja Bayliss