“Naf li bħal dejjem se nkunu hemm għal kull student li se jkun taħt ir-responsabilità tagħna!” qal Clayton Brincat fuq Facebook. Clayton hu Assistent Kap ġo skola. “Ftakru li għal numru ta' studenti, l-iskola se tkun il-post ta' faraġ, il-bogħod mid-dwejjaq u problemi li jkollhom id-dar... aħna se nkunu l-uniku sors t'imħabba u appoġġ għalihom!”
Ma’ dan il-kliem Clayton tella’ wkoll filmat fuq Facebook, li b’ċajta qed jistema’ tifel jagħtas u hu jgħid “Kulħadd imur u jiżola lilu nnifsu, narakom ġimagħtejn oħra!” Iżda Clayton kiteb li dan il-filmat “juri eżatt il-maqlub kollu kif aħna l-edukaturi m’għandniex inkunu ġewwa l-iskola u l-klassijiet tagħna f'din is-sena partikolari!”
Clayton jispiċċa billi jgħid li għalliema bħalu għandhom jobdu l-miżuri kollha, ma jkunux huma li joħolqu paniku ġol-klassi għal kull ħaġa ta’ xejn u ma jieħdux deċiżjonijiet bla konsultazzjoni, fost l-oħrajn. Int x’taħseb dwar dak li qed jgħid Clayton? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/Clayton Brincat