Mhux kull relazzjoni għandha tintemm bl-istmerrija, u Gillian Attard, flimkien mal-issa ex-partner tagħha Paul, huma x-xhieda eżemplari ta’ dan il-pass. Gillian m’ilux iddeċidiet li tħabbar pubblikament tmiem ir-relazzjoni tagħha fuq il-midja soċjali, iżda xorta waħda rnexxielha żżomm l-aħbar fuq nota pjuttost pożittiva aktar milli waħda morra.
Gillian, magħrufa l-aktar fost il-Maltin bħala vocal coach u kantanta, tistqarr kif din il-firda qiegħda sseħħ wara 10 snin ta’ relazzjoni flimkien. Għaldaqstant, minkejja dak li wieħed aktarx jistenna minn deċiżjoni ta’ dan it-tip, hija tgħid kif xorta waħda hija u Paul se jibqgħu ħbieb kbar filwaqt li tisħaq fuq ir-rispett li għad għandhom lejn xulxin.
“Se nkomplu nappoġġjaw lil xulxin fl-avventuri kollha tagħna, u t-tnejn li aħna ħerqanin għal dak li hemm għalina fil-futur.” – Gillian, f’aġġornament fuq Facebook.
Gillianattard.com
Din l-aħbar tidher li qanqlet reazzjonijiet pjuttost pożittivi min-naħa tas-segwaċi ta’ Gillian. Filwaqt li xi wħud saħqu li ddispjaċuti b’din l-aħbar, huma daqstant xtaqu jawgurawlhom it-tnejn l-isbaħ xewqat għall-ġejjieni tagħhom u jifirħulhom għall-attitudni matura li biha qegħdin jaffaċċjaw dan l-avveniment f’ħajjithom.
Facebook / Gillian Attard