Bħalissa għaddejja maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’risq Hospice Malta, bit-tema “Bl-Imħabba Naslu”.

Il-mama ta’ Ian J Vella, magħruf bħala Janvil, kellha l-marda tal-kanċer u kienet qed tbati minħabba f’hekk. Għalkemm kienet qed tbati, Ian qal li xorta kienet tiċċajta u tibqa’ pożittiva u l-iktar mumenti li jħobb jiftakar ta’ ommu huma proprju miż-żmien li kienet qed issofri mil-kanċer, għax il-konnessjoni tiegħu ma’ ommu iktar issaħħet u anke spiritwalment iħossu iktar viċin tagħha, issa li ħalliet din id-dinja.

Il-Hospice dejjem kienu hemm għal Janvil u familtu kemm matul il-ħajja ta’ ommu u anke wara mietet. Janvil jgħid li “Kieku ma kienx hemm il-Hospice kienet tkun proċess diffiċli mmens”.

Ritratti: Facebook / Hospice Malta


Henzley  Bezzina