Anna Cachia u r-raġel tagħha Robert illum jiċċelebraw 42 sena miżżewġin. Hi qasmet ritratt ma' żewġha mill-gżira Għawdxija. Dan l-aħħar lil Anna erġajna rajnieha fuq it-televiżjoni lokali fis-sensiela Issa Naraw, li r-repetizzjonijiet tagħha kienu qed jixxandru tul l-imxija tal-Covid-19.

Fost ix-xogħolijiet ta' Anna li bosta jafu nsibu Aħna Aħna Jew M'Aħniex, Villa Sunset, Ipokriti, Sptar San Valentinu u Dejjem Tiegħek Becky. Hi kellha x-xorti li taħdem ukoll f'xi produzzjoni li ġew iffilmjati ġewwa pajjiżna fosthom insiby By The Sea, The Davici Code u Swept Away fost oħrajn.

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw lil Anna u lil Robert l-isbaħ xewqat f'dan il-jum għażiż. Nittamaw li l-imħabba tagħhom tkompli tikber.


Emil Calleja Bayliss