Fis-sit tagħhom, Indeed Career Guides, jagħtu sett ta’ suġġerimenti fuq l-importanza ta’ ambjent sigur fuq il-post tax-xogħol kif ukoll li naraw li s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tkun aktar minn regoli u linji gwida. Anzi hija parti essenzjali biex jinħoloq ambjent sigur u ta’ appoġġ għall-impjegati kollha. Li fuq il-post tax-xogħol wieħed iħossu sigur, ma taqax biss fuq l-imgħallem, iżda importanti wkoll li tinħoloq atmosfera fejn fost l-impjegati kulħadd iħossu stmat u protett.

Meta l-impjegati jsegwu l-miżuri tas-sigurtà, mhux biss jipproteġu lilhom infushom, iżda jikkontribwixxu għall-ambjent tax-xogħol aktar sigur u produttiv għal kulħadd. Ftakar li l-impenn għas-sigurtà huwa ta’ benefiċċju għal kulħadd u jgħin biex jinħoloq ambjent li jappoġġja s-saħħa u l-effiċjenza.

Agħmel is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol prijorità, ħu ħsieb mhux biss lilek innifsek imma anke l-impjegati l-oħra.

 


Prisiah Schembri Fava