Debbie Scerri sabet ruħha fi triqtha lejn l-Istati Uniti fuq stedina speċjali. Ħafna lil Debbie Scerri jiftakruha fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Let Me Fly, kanzunetta li ġa għaddew 22 sena minn fuqha! Madankollu Debbie baqgħet attiva ferm fl-industrija lokali b'diversi spettakli u wirjiet anke fuq it-televiżjoni.

View this post on Instagram

A post shared by Debbie Scerri (@debbiescerriofficial) on

Hi tifforma parti mill-Animae Gospel Choir u l-vuċi tagħha dejjem isaħħar lil dawk li jkunu qed jisimgħuha. It-talent ta' Debbie għadda wkoll għand it-tifla tagħha Nicole, li din is-sena rebħet id-dritt li f'Diċembru li ġej tirrapreżenta lil Malta f'Miss World. 

View this post on Instagram

A post shared by Debbie Scerri (@debbiescerriofficial) on

Debbie ġiet mistiedna sabiex tkanta fiċ-ċelebrazzjonijiet għeluq id-disgħin il-anniversarju mill-Maltese American Social Club flimkien maċ-ċelebrazzjonijiet ta' jum Malta. Hi ħa tkun qed tkanta fl-14 ta' Settembru. Ċertament li Debbie ħadet iċ-ċans tiltaqa' mal-kommunità Maltija, li tilqa' bi ħġara lil kantanti Maltin.

Kif tistgħu taraw barra l-kant Debbie sabet passatemp ieħor waqt din il-mawra tagħha. Kollox jindika li spiċċat tagħsar l-inbid! Tgħid kif kienet l-esperjenza tagħha... jew għandha xi passatemp ġdid li ftit kienu jafu dwaru qabel? 

View this post on Instagram

A post shared by Debbie Scerri (@debbiescerriofficial) on

Minn hawn nawguraw lil Debbie tgawdi din l-avventura u sselilna għal ħutna Maltin li jinsabu hemm. Nimmaġinaw li ħa tkantalhom xi tnejn jew tlieta bil-Malti, kif jixraq ovvjament. 

Instagram / Debbie Scerri


Emil Calleja Bayliss