Il-Ħadd li għadda fuq Ħadd Għalik lagħbu l-aġġornati kontra l-iċċassati! Fuq it-tim tal-aġġornati kien hemm Carlos Farrugia, li żgur ma għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni mal-qarrejja ta' Gwida.mt.
Fil-bidu tal-programm Angie qalet li dan l-aħħar Carlos sar jitla' Għawdex ta' spiss. Carlos b'ċajta qal li sar jitla' hemm b'missjoni qabel ma' qal li għandu t-tfajla Għawdxija. Hu jgħid li qabel ma tantx kien jitla' Għawdex iżda dan l-aħħar sar jitla' ta' spiss u qed jiskorpi tant u tant postijiet sbieħ.
Carlos jiżvela li ltaqa' mat-tfajla l-quddies! Hu jgħid li hi inzertat il-quddies ma' ħabiba tiegħu iżda kien sorpriż li kellmitu bl-Għawdxi l-ewwel darba, ma qalbitx bil-Malti. Jidher li mhux l-ewwel darba li kellhom problema li xi ħaġa ma tantx inftehmet.
Wieħed jista' jsegwi l-programm HAWN.