Il-kantant lokali Kevin Scicluna, mill-band Avenue Sky, is-Sibt tella' status fuq il-mezzi soċjali tiegħu fejn qasam id-diqa tiegħu għall-fatt li m'għadux igawdi l-kumpanija ta' missieru bħal ma kien qabel.

Il-mod kif kien impoġġi l-kliem fil-bidu jista' jkun li ta lil dak li jkun x'jifhem li l-għażiż missieru ħalla din id-dinja, iżda meta wieħed jaqra l-messaġġ kollu jinduna li dan ma kienx il-każ u Kevin xtaq biss jesprimi dak li qed iħoss.

Hu jiddeċiedi li jiċċara l-pożizzjoni tiegħu, "Għal min jaqra sentenza waħda biss u jibni storja , il-papà mA mietx. Qiegħed San Vinċenz u għalhekk inħoss in-nuqass tiegħu! Jekk jogħġobkom jekk ħa taqraw aqraw kollox mhux dak li jiġi għal għajnejkom."

Hu jkompli, "Skużawni kont iebes dalgħodu imma jien qatt ma semmejt li l-papà miet! Jiġifieri ma hemm l-ebda funerali! Grazzi u l-ġurnata it-tajba."


Emil Calleja Bayliss