Illum tiċċelebra għeluq sninha Alisa Pavia li rajnieha bħala attriċi fl-Għarusa, rajnieha bħala preżentatriċi fuq it-televiżjoni lokali u anke nisimgħu l-vuċi tagħha fuq ir-radju. Il-maħbub ta' Alisa kitbilha messaġġ qasir sabiex jawguralha f'għeluq żmienha.
Hu kiteb, "Happy Birthday lill-ikbar ħabiba tiegħi. Għal ħafna aktar memorji sbieħ! Inħobbok Pavia." Ninsabu ċerti li l-koppja ħa jkunu qed igawdu dan il-jum bl-aħjar mod possibbli.
Aħna f'isem Gwida.mt, nawguraw lil Alisa l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha ġurnata mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbha, kemm illum u kemm għas-sena li ġejja. Ċertament li ħa nkomplu narawha f'aktar xogħol fuq il-mezzi tax-xandir.
Awguri minn qalbna Alisa!
Facebook / Alisa Pavia