Il-kantanta Pamela Bezzina qed titlob għajnuna fuq il-mezzi soċjali biex jinstab il-kelb tagħha Ċikku li għadu kif intilef. 

Hi kitbet: “Il-kelb tagħna għadu kemm intilef dan il-minuta stess fiż-żona ta’ Birkirkara, Balzan u Lija - hu ċippjat! Jekk xi ħadd jarah jekk jogħġbok ċempel 99-85-67-41.”

AĠĠORNAT: Pamela għadha kif żvelat fuq il-midja soċjali li Ċikku nstab ġo ħanut tal-grocer f'Ħal Balzan! Grazzi lil kull min għen biex jinstab dan il-kelb.

Facebook/Pamela Bezzina


Nicole Barbara