Il-mewt dejjem iġġib dieqa f'kull familja u mistennija jew le, xorta tkun xokk għal dawk il-familjari u ħbieb li jkunu ferm qrib il-persuna li tiġi nieqsa. Jean Pierre Cassar, l-attur li bħalissa qed naraw fid-drama popolari tal-Ħadd flgħaxija fuq ONE TV, Elf Metodu għadu kif ħabba fuq il-paġna tiegħu li ġiet nieqsa n-nanna tiegħu.
Ritratt: Facebook / Jean Pierre Cassar
Jibda billi jixħet tifkira għażiża, li żgur ħa jibqa' jgħożż għal ħajtu, "Dan kien l-aħħar ritratt li ħadna nann! Dakinhar kien l-aħħar darba li flimkien maz-zijiet qandiltek biex titla' t-taraġ u tattendi party tal-familja, għax għalkemm kont fil-pożizzjoni li kont, xorta ridt tkun hemm, qatt ma qtajt qalbek u dejjem ridt tkun hemm għal familtek minkejja saħħtek!"
Jean Pierre bl-aktar mod ħelu jkompli: "Grazzi talli dejjem kont hemm għalina, qatt mhu ħa ninsa kemm kont tistinka biex tarana magħqudin flimkien, qatt mhu ħa ninsa l-ikel tajjeb li kont tagħmel. Mur iltaqa' man-nannu u jumejn oħra ċċelebraw il-birthday tiegħek flimkien. Grazzi u saħħa nann!"
Aħna f'isem Gwida.mt nixtiequ noffru l-kondoljanzi tagħna lil Jean Pierre u l-familja tiegħu għal din it-telfa tant għażiża għalihom.