Illum tiċċelebra għeluq sninha l-preżentattriċi u attriċi Antonella Galea Loffreda. Ir-raġel tagħha Joseph Galea jiktbilha messaġġ ħelu f'dan il-jum u jaqsam bosta ritratti minn diversi esperjenzi li kellhom flimkien.

Hu jibda billi jgħid, "Illum jaħbat għeluq snin din il-mara. Għaddiet sena oħra Loffreda. Sena li ssenslet fil-kullana ta' esperjenzi u memorji fl-istorja tiegħek. Grazzi tal-isforzi, l-enerġija u s-sagrifiċċji tiegħek għall-ġid tal-familja tagħna li għalik tiġi qabel kollox."

Joseph iżid, "Grazzi tas-sinċerità u ġenwinità tiegħek li jagħraf kull min jafek sewwa. Grazzi tas-sensittivita' tiegħek lejn kulħadd. Haw bilħaqq u grazzi tal-ippjanar kollu bħala aġenta tal-ivvjaġġar tal-familja, l-akbar passjoni tagħna."

Hu jtemm jgħid, "Jiena u Martina grati ferm lejk u taf kemm inħobbuk...avolja kultant naqbdu ftit miegħek. Nawgurawlek sena aqwa minn din li għaddiet u aktar snin ta' sahha fuq kollox, imħabba, hena, opportunitajiet u suċċessi fil-karriera tiegħek."

Facebook / Antonella Galea Loffreda


Emil Calleja Bayliss