Steven Dalli żgur li m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni, hu wieħed mill-imħuħ wara Sharp Shoot Media Ltd. li waslulna d-dramas bħal Strada Stretta u L-Għarusa. Illum jaħbat jum l-anniversarju tiegħu ma' martu Audrey. Audrey kienet il-pinna wara dawn id-dramas popolari.

F'dan il-jum Steven ħarbex messaġġ qasir fuq il-profil ta' Facebook tiegħu biex jawgura lil martu l-isbaħ xewqat, "Għaddew 8 snin mill-jum li żżewwiġna! U nħoss li ltqajt miegħek ilbieraħ! Inħobbok Audrey Brincat Dalli l-anniversarju t-tajjeb!"

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nittamaw li ma ndumux ma nisimgħu b'xi biċċa xogħol mingħandhom it-tnejn flimkien. Awguri minn qalbna.

Facebook / Steven Dalli


Emil Calleja Bayliss