L-atturi Clayton Pace u Lenies Gauci ċċelebraw it-tielet sena flimkien. Ilbieraħ fuq il-midja soċjali Clayton fakkar din il-ġurnata bil-kliem, "Għaddew 3 snin illum...u kuljum kull meta nħares lejk nirrealizza kemm jien iffurtunat. Inħobbok Lenies."

Il-koppja għandhom liċ-ċkejken Noah flimkien li minkejja l-età tiegħu, huwa diġà għamel id-debutt tiegħu fuq it-televiżjoni bħala attur. Min jaf jekk la jikber ikomplix miexi fuq il-pass ta' ommu u missieru?

Aħna f'isem Gwida.mt, nawguraw lil din il-koppja l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollhom aktar u aktar snin ta' ċelebrazzjonijiet flimkien. Awguri minn qalbna Clayton u Lenies.

Facebook / Lenies Gauci


Emil Calleja Bayliss