Forsi fost dan kollu li għaddejjin minnu bħalissa, hemm min nesa li għada jaħbat Jum id-Duluri. L-ispirtu fl-arja huwa differenti iżda forsi lkoll qed induqu ftit is-solitudni, il-ħsiebijiet, id-dwejjaq. Imma dan huwa mument li ngħinu lil xulxin u nagħmlu l-kuraġġ.
Għada 3 ta' April huwa jum li ħafna Maltin u Għawdxin iħobbu. Bosta jkunu dawk li jmorru l-purċissjoni tad-Duluri; dilettanti, reliġjużi jew m'humhiex. Kulħadd bil-ħsieb tiegħu. Iżda għada għalkemm il-purċissjonijiet mhux se jsiru bħas-soltu, żgur li ser niftakru fil-Madonna li tista' tgħid u rridu nammettu, li lkoll bħala poplu nħobbu.
Ta' min niftakru wkoll f'nies ta' fehmiet differenti u reliġjonijiet oħra għaliex wara kollox kulħadd għandu d-dritt għar-rispett lejn it-twemmin li jħaddan. Apparti ċ-ċajt li ġieli naqsmu bejnietna biex inferrħu, innutajna wkoll li żdiedet ukoll il-fidi. U dan huwa mument li jgħallimna... Li napprezzaw dejjem mhux meta jkollna bżonn biss jew meta ninqarsu.
Insellmu lil dawk kollha li huma nvoluti f'dawn iż-żmienijiet li apparti l-ħsieb reliġjuż, hemm ukoll kultura sħiħa li ġiet affettwata. Kuraġġ!
Ritratt: Facebook/ Il-Ġimgħa Mqaddsa F'Ħal Luqa