Wara taqtigħa eċitanti ta’ sena sħiħa, għada jkun magħruf min rebaħ il-kampjonat Ingliż għas-sena. L-unika żewġ timijiet biċ-ċans ta’ dan huma propju l-Liverpool u l-Manchester City.

Bejn dawn iż-żewġ timijiet hemm propju punt differenza, bil-Manchester City fuq quddiem, jiġifieri jekk għada dawn jirbħu l-logħob tagħhom, is-City jirbħu dan il-kampjonat b’punt wieħed fuq il-Liverpool. Biex il-Liverpool jirbħu l-kampjonat iridu bilfors jitilfu xi punti l-Manchester City.

Il-Liverpool se jilagħbu ġewwa darhom konta l-Wolves u l-Manchester City se jilgħabu wkoll ġewwa darhom kontra l-Aston Villa, tim immaniġjat minn Steven Gerrard li kumbinazzjoni huwa eks plejer tal-Liverpool.

Jekk jirbħu l-Manchester City din tkun it-tmien tazza tal-Premier League u jekk jirbħuha l-Liverpool din tkun l-għoxrin waħda tagħhom!


Charlton Cefai