Il-preżentatrċi Dorianne Mamo żvelat x’rat u semgħet wara l-każ ta’ abbuż razzjali tal-futboler Maltija Maya Lucia.
“Solidarjetà ma' Maya Lucia u ma' min jaf kemm żgħażagħ u tfal oħra li jkollhom jgħaddu minn dan l-aġir inaċċettabli minħabba l-injoranza grassa ta' dawk li suppost qed jagħtu eżempju lil ġenerazzjoni iżgħar minnhom,” bdiet Dorianne.
“Ilbierah filgħaxija, kont qed nieħu kafe u fuq il-mejda ta' ħdejja, familja kienet qed tiddiskuti dak li kien għadu kif ġara lil Maya Lucia fuq il-pitch. It-tifla kienet tidher li qed iżżomm lura mid-diskursata mal-familja imma f'daqqa waħda infagħet tibki isterika u ommha bdiet tipprova tifhem x'ġara. Mid-dehera t-tifla kienet għaddiet ħafna drabi minn abbuż simili lejha "but I tried to live with it and ignore it Ma, because I don't want to put the burden on you.”
“Bis-serjetà? Għad għandna dawn it-tubi jiġru mas-saqajn li qed jagħmlu din it-tip ta' ħsara? Għad irridu nqajmu kuxjenza fuq hekk? Istħu jekk tafu kif,” spiċċat hi. Sfortunatament pajjiżna għadu ħafna lura f’dawn l-affarijiet. Nittamaw li l-affarijiet jibdew jinbidlu.
Facebook/Dorianne Mamo