Is-Sibt li ġej, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta' għeluq is-36 sena minn meta twaqqfet l-Għaqda Mużikali Madonna Ta' Lourdes San Ġwann, l-għaqda ħa jkunu qed jistiednu r-residenti ta' San Ġwann u anke nies mill-viċinanzi biex jgħinuhom jiġbru d-demm.
Din l-attività kellha ssir is-sena li għaddiet, f'għeluq il-35 sena minn meta twaqqfet l-għaqda, iżda minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19 ma kienx possibbli li sseħħ. Din is-sena, ħa ssir bil-mezzi ta' mitigazzjoni kollha fis-seħħ.
L-għaqda fuq il-paġna tagħha kitbet, "Kull qatra tgħodd! Hija inizjattiva li l-Għaqda tagħna ser tkun qed tagħmel fl-okkażjoni tas-36 sena mit-twaqqif tagħha. Ingħaqad magħna int ukoll sabiex fis-17 ta' April 2021 tagħmel ġest nobbli ma' dawk inqas ixxurtjati minna billi tagħti pinta demm."
Huma jħeġġu lil dak li jkun jikkonkorri, "Għal aktar informazzjoni jew biex tibbukja post tista' tagħmel dan billi ċċempel fuq 7909 3066 jew 9946 5477. Grazzi ħafna u narawkom."
Idea mill-isbaħ! Prosit minn qalbna u nittamaw li diversi nies jikkonkorru għal din l-attività.
Richard Faenza - Facebook / Għaqda Piroteknika 11 ta' Frar San Ġwann