Steph Rodgers, sinonima mal-paġna 'Niktbu Malti Tajjeb' u għalliema tal-Primarja, kontinwament ixxerred kontenut dwar il-ħajja ta' omm. Tul it-trobbija ta' George, Steph titfa' diversi mumenti li tgħaddi minnhom u anke xi kultant sentimenti li tħoss.

Xahrejn ilu Steph ħabbret li qed jistennew it-tieni tarbija. Ilbieraħ tefgħet filmat li juri l-ħin meta saret ir-revelazzjoni ta' jekk hux se jkollhom tifel jew tifla. Illum żvelat uffiċjalment li qed jistennew tifla.

"George se jkollu oħtu żgħira! Se jkollna tifla!," kitbet Steph. Xerrdet anke ritratti meħudin waqt l-istess revelazzjoni. Awguri mill-qalb! Nifirħulhom!


Kyle Zarb