Fil-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa, Geo Debono ħareġ kanzunetta ġdida u vidjo mużikali tagħha, bl-isem Stolen in the Night. Din il-kanzunetta tfakkar il-memorja ta’ Nicholette Ghirxi u tan-nisa kollha li tilfu ħajjithom b’mod traġiku minħabba l-vjolenza abbażi tal-ġeneru.
Il-kanzunetta, li issa hija disponibbli fuq il-pjattaformi diġitali kollha, hija tfakkira emozzjonali tat-telf devastanti li ġġib magħha l-vjolenza kontra n-nisa u stedina għal bidla. Il-video mużikali jġib il-messaġġ qawwi tal-kanzunetta għall-ħajja, billi jirrakkonta stejjer ta’ saħħa, reżiljenza, u tifkira.
Stolen in the Night inħadmet mhux bhala tifkira, iżda wkoll bħala mezz biex tinfetaħ diskussjoni, tqajjem kuxjenza, u tispira azzjoni kollettiva kontra l-epidemija tal-vjolenza li tkompli tisraq il-ħajjiet ta’ ħafna.
Geo Debono, il-kittieb tal-kanzunetta u l-artist wara din it-tnedija b’impatt qawwi, qal: "Din il-kanzunetta hija għal kull mara li sfat b’ ħajjitha misruqa, għal kull familja li qiegħda tibki, u għal kull persuna li qed tiġġieled għal dinja aktar sigura. L-istorja ta’ Nicholette Ghirxi, bħal ħafna oħrajn, ispiratni biex nikteb din il-kanzunetta, u nittama li din sservi bħala mezz ta’ għarfien u tama."
It-tnedija ta’ Stolen in the Night f’dan il-jum sinifikanti tenfasizza l-importanza tas-solidarjetà globali fil-ġlieda biex tintemm il-vjolenza kontra n-nisa.