Ftit tal-jiem ilu fuq il-midja soċjali d-deputat Toni Bezzina xtaq juri l-apprezzament tiegħu lejn kull min kien hemm għalih waqt li kien qed jirkupra ġewwa l-isptar. Bosta kienu l-kummenti fejn xtaqulu fejqan ta' malajr u fil-verità dawn ma waqfux.

Jidher li sar kambjament u Bezzina kien mibgħut lura lejn daru biex ikompli jirkupra hemm. "Għadni kif ġejt rilaxxat mill-isptar u se nkompli nirkupra mid-dar. Grazzi lil kulħadd tal-ghajnuna u s-sapport matul l-aħħar jiem".

Jirringrazzja anke lit-tim mediku kollu tas-servizz eċċezzjonali tul ir-rikoverazzjoni tiegħu. "Nibqa' għal dejjem grat lejkom". 

Nawgurawlu li jerġa' lura għall-ħajja normali!


Kyle Zarb