Fil-mezzi soċjali, iz-Zija TT kitbet minn esperjenza li għaddiet minnha f'dawn l-aħħar jiem. Esperjenza xejn sabiħa fejn xi ħadd għamel theddida fuq ħajjitha. Hi qasmet dan l-episodju mas-segwaċi tagħha. <>

Hi qalet, "Ġustizzja żero f'dan il-pajjiż. Dal-lejl, jien iz-Zija TT ġejt mhedda li xi ħadd ħa joqtolni. Tistgħu timmaġinaw kif kont qed inħossni. Mort l-għassa ta' Bormla niftaħ rapport u tafu x'qaluli? 'Terry ma nistgħux naċċettaw rapporti ġewwa l-għassa ta' Bormla, mur id-Depot.' Qaluli jekk jiġrilek xi ħaġa jew jiġi xi ħadd biex joqtlok, ċempililna u niġu aħna mal-ewwel. Hekk sew u n-nies u jibqgħu mbeżżgħin! Bħal li kieku jekk jiġi xi ħadd għalija, mhux jilħqu joqtluni!"

Tajjeb li ngħidu li jista' jkun li l-għassa ta' Bormla ma ħadux ir-rapport huma, għax fid-Depot tal-Pulizija hemm sezzjoni apposta li għall-hate speech u cyber crime. Hija ħasra li persuna xorta ma tistax tħossha komda f'darha stess. Aħna f'isem Gwida.mt, nuru solidarjetà maz-Zija TT.


Emil Calleja Bayliss