Żewġ uċuh li waslu mal-aħħar ħamsa tal-ewwel edizzjoni ta' X Factor Malta, Owen Leuellen u Luke Chappell jidher li possibilment qed jaħdmu fuq xi materjal flimkien. Fuq il-profil ta' Instagram ta' Matteo Depares, wieħed mill-produtturi fi ħdan Wicked&Loud ixxerja ritratt li tefa' Owen Leuellen fuq il-midja soċjali tiegħu.
Ritratt: Instagram / MatteoMakesMusic
Kull ma kiteb Matteo hu: "Onorat li qed naħdem ma' dawn iż-żewġ artisti". Il-mistoqsija tqum weħdiha, it-tnejn li huma insertaw fl-istess studio jew inkella qed jaħdmu fuq xi kollaborazzjoni flimkien. Luke Chappell ilbieraħ ħabbar li l-proġett li jmiss, bl-isem ta' Human joħroġ madwar xahar ieħor.
Ritratt: Facebook / X Factor Malta
Ikollna nistennew u naraw però t-tnejn li huma kienu urew ix-xewqa li jaħdmu fuq xi materjal flimkien u ċertament li dan jinżel għasel mas-segwaċi kollha ta' dawn it-tnejn. Ira Losco żgur li tkun kburija tara li żewġ artist li ħadmet magħhom minn kompetituri spiċċaw jikkollaboraw flimkien.
Ritratt: Facebook / X Factor Malta