Hekk kif wasalna fix-xahar ta’ Diċembru, tista’ tobsor li l-kok Daniel Grech qed iħabbel moħħu biex jikkrea xi erba’ platti li jħallu lil kulħadd b’żaqqu tgerger.

Bħalissa jidher li hu ffukat fuq id-deżerti. Fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu tefa’ żewġ ritratti ta’ pancakes ġodda li għadu kif ħareġ fuq il-menu tar-restorant tiegħu Burgers.ink.

pancake
Ritratt: Facebook/Danny Grech

L-ewwel waħda semmiha Raffaello pancake, li hija magħmulha mir-Raffaello coconut balls, Raffaello sauce u krema. Naħseb dawk li huma intolleranti għal lattosju addijo d-dieta speċjali tagħhom!

It-tieni pancake li għadu kif ħabbar Daniel hija l-famuża Ferrero Rocher pancake. Din aqwa għax tiġi kompluta bil-ġelat b’kollox!

pancake
Ritratt: Facebook/Danny Grech

Jien għalija l-Milied mhux komplut jekk ma niħux xi waħda minn dawn il-pancakes. U lanqas suppost nieħu għax mhux kollox jaqbel miegħi. Imma dik id-darba tkun tridha…

Facebook/Danny Grech


Nicole Barbara