Ilbieraħ filgħaxija il-paġna It-Temp Madwarna ħabbret fuq Facebook li nhar it-Tnejn u t-Tlieta ġejja “xita qawwija bir-ragħad”.

Apparti minn hekk, nhar it-Tlieta se jkollna wkoll riefnu qawwi li se jitla’ Forza 9 u anke jilħaq Forza 11! It-temperatura mistennija tinżel madwar 5°- 6°C.

Naturalment, dan it-temp se jġib miegħu bosta konsegwenzi. Apparti l-kesħa, il-baħar tant se jkun qawwi bl-irjiħat li nhar it-Tlieta l-vapur t’Għawdex se jitwaqqaf għal tul ta’ ħin. L-ajruport jaf jittardja xi titjiriet fil-ħinijiet li r-riefnu se jitla bejn Forza 9 u 11. 

Oqogħdu attenti wkoll għaliex mistennija li se jitqaċċtu xi billboards, panelli u affarijiet oħrajn bil-qawwa tar-riħ li ġej. Ilbsu sew u jekk tkunu sejrin xi mkien aħsbulu kmieni, għax jaf tinħoloq geġwiġija ta’ traffiku iżjed mis-soltu.

Apparti minn hekk, ħudu ħsieb is-sigurtà tagħkom - aħjar taslu xi mkien tard milli qatt!

It-Temp Madwarna


Nicole Barbara