Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qasam messaġġ t'awguri f'għeluq snin missieru. Sabiħ li tara lill-ġenituri tiegħek jikbru u isbaħ li jkollok iċ-ċans li tqatta' mumenti magħhom, b'esperjenzi ġodda tul is-snin.

L-età ta' 90 sena mhux ħafna jkollhom il-privileġġ illi jilħquha iżda missier Bernard Grech irnexxielu jilħaq din l-età sabiħ. F'jum twelidu hu kiteb, "Gawdejniek sena oħra. Xi privileġġ għażiż missier. Issa 90 sena nista' ngħidlek - xiħ tiegħi." Kliem li żgur li ġej mill-qalb u wieħed ikompli jifhem x'rabta speċjali hemm bejn missier u iben. Ċertament li missieru jinsabu kburi bih.

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil missier Bernard l-isbaħ xewqat f'dan il-jum għażiż u nittamaw li l-Bambin ikompli jagħtih is-saħħa għall-aktar snin. Awguri mill-qalb.

Facebook / Bernard Grech


Emil Calleja Bayliss