Mis-sena l-oħra 'l hawn Gail għamlet passi ta' ġgant u jidher li anke sħabha bdew jieħdu gost jarawha tinterpreta l-kanzunetta tagħha, aktar kmieni llum l-audition tagħha spiċċat fuq X Factor Global. It-ton tagħha hu wieħed speċjali u jidher li l-ġurija raw li ċertament immaturat mis-sena l-oħra.

Tgħid dan ħa jkun biżżejjed sabiex Gail tibqa' tavvanza u forsi tasal fil-live shows ta' din is-sena? Żgur li t-talent li hemm hu wieħed b'saħħtu iżda ċertament li niżel tajjeb. Awguri Gail, ħerqana nisimgħu aktar u aktar mingħandek!


Emil Calleja Bayliss