Naħseb li t-tnejn li huma tafuhom dawn iż-żewġt ismijiet iżda għal dawk li forsi mhux ċerti, ħa nfakkrukhom ftit. Gaia Cauchi ir-rebbieħa tal-Junior Eurovision Song Contest lura għal 2014, li s-sena l-oħra waslet fil-fażi tad-djar tal-ġurija tal-X Factor Ingliż, fil-grupp Sweet Sense.
Kevin Paul, jiġi hu Kurt Calleja li rrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-2012. Kitarista u kantant promettenti li daqq ukoll qabel uħud mill-akbar bands lokali inkluz riċentament il-kunċert ta’ The Travellers ma’ Red Electrick!
Iż-żewġ kantanti żgħażagħ ħarġu kanzunetta flimkien lura għas-sajf li għadda bl-isem ta’ Lately u għal dawk li jsegwu l-midja soċjali taż-żewġ artisti donnhom li dawn it-tnejn, speċjalment dal-aħħar qed iqattgħu ħafna ħin flimkien.
Wieħed żgur jisħaq li hemm ħbiberija speċjali bejn dawn it-tnejn, però qisu bla ma jrid wieħed jistaqsi jekk hemmx xi ħaġa aktar minn ħbiberija. Id-dwett tagħhom li ħarġu għall-aħħar tal-2017 tal-kanzunetta Perfect kien verament perfett u maġiku. Tgħid kien waqt din il-kanzunetta li l-fjamma bdiet tieħu l-ħajja?
Li nafu żgur hu li jgħaddu ħafna ħin flimkien! Wieħed forsi jistaqsi kif ġiena dan il-ħsieb... jekk l-evidenza li semmejna hawn fuq mhux biżejjed ilbieraħ iż-żewġ żgħażagħ fuq l-instagramm ixxerjaw boomerang ħelwa tagħhom waqt il-Malta Fashion Awards b’żewġt iqlub ħomor u bħal donnu ġiena suspett!
Gaia kienet għaddiet bosta botti fuq il-midja soċjali meta kienet qed toħroġ mal-kantant Ingliż Jon Guelas mill-grupp United Vibe. Forsi din id-darba qed toqgħod aktar attenta dwar dak li taqsam mas-segwaċi tagħha... imma donnu li l-evidenza hemm qiegħda!
Instagram / @gaiacauchi