Il-kantanti Claudia Faniello u Miriana Conte, dalgħodu ħejjew sorpriża lil Gaetano f'għeluq sninu. Iż-żewġ kantanti kienu l-mistiedna ta' Carlo Borg Bonaci fuq il-breakfast show tiegħu Magic Malta!

Ritratt: Facebook / Gaetano Gaetano

Huma ħejjew sorpriża ħelwa fejn Gaetano jammetti bikkewh dalgħodu b'din is-sorpriża ħelwa. Hu rringrazzja lil Carlo Borg Bonaci u liż-żewġ kantanti ta' din is-sorpriża.

Ritratt: Facebook / Gaetano Gaetano

Gaetano, illum għalaq 30 sena. Il-kuġina tiegħu Vanessa, li s-sena l-oħra rajnieha tasal fil-fażi tal-Judges Houses f'X Factor Malta kitbitlu messaġ tassew ħelu: "Qalbiii illum hija l-ġurnata tiegħek, nixtieq nawguralek birthday mill-aqwa u nixtieq ngħidlek grazzi ta' kemm tgħinni napprezza mmens."

Ritratt: Facebook / Gaetano Gaetano

Hi tkompli tgħidlu: "Inti mhux biss kuġin għalija imma qisek hija, j'Alla dejjem ikollok dak li tixtieq qalbek għax ħaqqek, inti veru bniedem tal-ġenn kuġ! Inħobbok ħafna, ħafna."

Ritratt: Facebook / Gaetano Gaetano

F'dan il-jum The Clintess ukoll awguratlu l-isbaħ xewqat u ddiskrevietu bħala wieħed mill-iktar disinjaturi ta' talent, barraminnhekk tgħid ukoll kemm hu persuna umli filwaqt li tirringrazzjah għal kollox!

Aħna f'isem Gwida.mt nixtiequ ningħaqdu mal-kumplament ta' dawn il-personalitajiet biex nawguraw lil Gaetano ta' Haus of Gaetano l-isbaħ xewqat f'dan il-jum.

Facebook / Gaetano Gaetano


Emil Calleja Bayliss