Il-kanzunetta One Sweet Day ta' Mariah Carey flimkien ma' Boys II Men għandha sinifikat partikolari għad-disinjatur u stilista Gaetano. Hu qasam din il-kanzunetta proprju illum, li jaħbat għeluq snin missieru li ġie nieqes snin ilu. Il-lirika tal-kanzunetta tispjega ċar kemm hi kerha l-firda. Minbarra l-lirika tal-kanzunetta, Gaetano xeħet ukoll filmat antik.

Tislima ħelwa u li tmiss il-qalb bl-aktar mod sempliċi. Aħna f'isem Gwida.mt insellmu l-memorja ta' missier Gaetano, ċertament li jinsab kburi bis-suċċess li t-tifel tiegħu qed jikseb. Suċċessi li aktar qed jikbru tant hu hekk li x-xahar id-dieħel, Gaetano ħa jkun qed itella' serata bil-kanzunetti ta' Mariah Carey fejn il-kantanti mistennija li jilbsu uħud mill-aqwa lbiesi li ħoloq.

Facebook / Gaetano Gaetano


Emil Calleja Bayliss