Kate Ferriggi hija tifla Maltija ta’ erba’ snin li għandha l-kundizzjoni Tatton Brown Rahman, li timmanifesta ruħha fil-ġisem f’diżabbilità fiżika u mentali. Minkejja r-rarità ta’ din il-kundizzjoni, Kate għandha ukoll mutazzjoni ġenetika li hi biss fid-dinja għandha.

Minħabba dan, iċ-ċkejkna għandha bżonn it-terapija kuljum biex timxi u tagħmel affarijiet normali oħra, u naturalment kull sessjoni tiswa’ l-mijiet ta’ flus. Biex ittaffi ftit mill-ispejjeż, omm Kate, Charmaine Ferriggi, bdiet kampanja biex tiġbor il-flus, u s’issa inġabru ‘l fuq minn elf ewro, mit-€38,000 li l-familja ta’ Kate jixtiequ li jinġabru.

Biex tgħin lil Kate, tista’ tagħfas HAWN.


Nicole Zammit