Dr Nicholas Briffa spiss jaqsam messaġġi ta’ ispirazzjoni jew tagħlim fuq il-paġna tiegħu. Illum hu ddeċieda li jaqsam messaġġ immirat lejn il-ġenituri dwar kif għandhom jitkellmu mat-tfal tagħhom.

Hu kiteb, “Għid lit-tifel/tifla tiegħek li hu sabiħ u li għandu għajnejh ikkuluriti u mimlijin dawl. Ħudu jara l-mergħat meta jiffjorixxu u aqralu ktieb qabel ma jorqod. Inkuraġġih ukoll biex jikteb il-poeżiji u spjegalu kif għandu jħassar il-kelma "QATT" u jtawwal is-sillabi u l-ispazji tal-kelma "NISTA' ". U jekk huwa it-tip li joħlom, għallmu jagħmel l-ewwel mixjiet tiegħu fuq is-sħab. Għidlu - kontra dak li se tgħidlu d-dinja - li jkun kuntent huwa aħjar milli jipprova jsir sinjur. Għidlu li l-flus huma eżatt bħall-ilma baħar - iktar kemm tixrob minnu iktar iqabbdek l-għatx. U fuq kollox isimgħu meta r-riħ tas-snin tant ikun b’saħħtu u qawwi li jtellef kemm kull sens li jista' jkollhom il-kliem kif ukoll kull ċertezza...”

 

Kliem tassew importanti li għandu jiġi kkomunikat mat-tfal għaliex dawn huma l-ġenerazzjoni li jmiss u għandhom jitgħallmu jkunu kunfidenti fihom infushom.

 

Facebook / Nicholas Briffa


Gabriella Borg