Il-preżentatriċi Melanie kelly ħabbret li minn hawn u għaxart ijiem oħra se nkunu qed narawha b'xi ħaġa ġdida fuq it-televiżjoni. U mhux se tkun weħidha!

Fil-fatt flimkien ma' Andreana DeBattista, Melanie se twaslilna programm FITam. Mit-titlu jidher li waqt dan il-programm se jinkludi xi ħaġa relatata mal-ħajja attiva, fitness, u saħħa. "FITam, programm li ser jixxandar kuljum fuq TVM fl-10 ta' filgħodu. Eċitati mmens! Jekk jogħġobkom agħfsu LIKE fuq il-paġna tagħna". 

Dik hi l-informazzjoni li ħadna s'issa mingħandhom! Idħlu fil-paġna u żommu ruħkom aġġornati għal dak li ġej!


Kyle Zarb