Matul konferenza speċjali bl-isem Celebrating Sport in Malta, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima, faħħar il-ħidma ta’ SportMalta fl-aħħar għaxar snin. Huwa ddeskriva dan il-perjodu bħala wieħed ta’ progress u qabża ta’ kwalità fis-settur sportiv f’Malta.

Il-Ministru rrikonoxxa l-investiment qawwi f’proġetti infrastrutturali, għajnuna lil assoċjazzjonijiet u klabbs sportivi, u l-appoġġ finanzjarju dirett lill-atleti. Dan wassal għas-suċċessi ta’ pajjiżna, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll personali, b’parteċipazzjoni f’kompetizzjonijiet internazzjonali u l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti sportivi prestiġjużi.

Huwa ħabbar ukoll proġetti għall-2024, fosthom il-kompletar tat-trakka tal-karozzi, titjib fil-hub sportiv tal-Marsa, u installazzjoni ta’ dawl ġdid fil-Pixxina Nazzjonali. Aktar investiment finanzjarju se jmur għal-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar u għall-preparazzjoni tal-atleti.

Il-konferenza, mifruxa fuq jumejn, tinkludi diskussjonijiet minn esperti lokali u internazzjonali dwar is-settur sportiv.


Gwida.mt