Dr. Byron Camilleri ħabbar riżultati sbieħ għall-gżejjer Maltin, f'dak li huma drittijiet ċivili. "Għas-seba' sena, pajjiiżna kiseb l-ewwel post f'dawk li huma drittijiet ċivili, fir-Rainbow Map, statitsika maħruġa mill-ILGA Europe."

Fil-fatt dan hu pass sabiħ għal pajjiżna u juri sens ta' unità u tolleranza. "Li tikseb aktar drittijiet ċivili ma tagħmilhiex biex sempliċiment tieħu l-kredtu, iżda tagħmilha għax temmen, għax konvint, li l-ebda minorità, l-ebda bniedem, m'għandu xejn inqas milli għandu l-ieħor."

Prosit u Grazzi lil dawk kollha li qed jaħdmu kontinwament għat-tolleranza f'Malta u l-gżejjer Maltin kollha.


Kyle Zarb