“Għar-Risposta Meta Jmiss Daqsxejn Xita, S’Issa Ma Għandix Indikazzjoni Ta' Xita” – Aġġornament Tat-Temp

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni rigward meta jmissna xi ftit xita.

Huma qalu, “Ħafna qegħdin tistaqsu – Qegħdin Novembru, temperatura għolja, xita li kieku ma kienx miraklu ta’ sħaba lokalizzata kieku xotti kompletament … meta jmissna daqsxejn xita? Is-sitwazzjoni fl-għelieqi tagħna u l-bidwi ma tantx hi waħda pjaċevoli. Dan għar-raġuni li l-bidwi ħarat u żergħa l- uċuħ tar-raba. Ovvjament, iż-żerriegħa għolja bħala prezz u jekk ma tagħmilx xita biex timbet, din tiġi omduża u tispiċċa! U hekk qiegħed jiġri bħalissa.”

Żiedu wkoll, “Għar-risposta meta jmiss daqsxejn xita, s’issa ma għandix indikazzjoni ta’ xita għax il- pressjoni għolja u stabbli ma tindikax li hemm possibilita ta’xita! Temp għal għada l-Erbgħa mistenni jkun ftit imsaħħab li jsir xemxi b’riħ forza 3 ħafif. Temperatura l-ogħla tmiss it-22°C u l-inqas 15°C.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI