Għaqda Mużikali Sant’ Elena Jsellmu L-Memorja Ta’ Vinċenza Attard

Il-paġna tal-Għaqda Mużikali Sant’ Elena sellmet il-memorja ta’ Vinċenza Camilleri li marret għand Alla. Hi għandha ħafna mill-familjari tagħha membri attivi ta’ din l-għaqda.

Huma kitbu fuq il-paġna, “Il-Kumitat tal-Għaqda tagħna jixtieq iwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-qraba, familjari u ħbieb ta’ Vincenza Camilleri li marret tiltaqa’ ma’ Kristu Rxoxt. Il-Familja ta’ Vincenza huma bandisti u membri attivi fi ħdan l-Għaqda tagħna. L-Għaqda tagħna tixtieq turi s-solidarjetà tagħha mal-Familja Camilleri f’dan il-mument diffiċli.”

Huma komplew, “Nitolbu lil Sant’Elena tilqagħha fi ħdana u twassalha għand Alla Missierna.”

Inżommu lilha u lill-familjari u l-ħbieb tagħha fit-talb tagħna f’dan iż-żmien tant diffiċli. Tistrieħ fis-sliem.





Facebook / Għaqda Mużikali Sant’ Elena A.D. 1919 Birkirkara



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI