"Kellu Għajn Minnhom Mifqugħa… Kellna Nneħuhilu Għax Kienet Qed Tgħamillu Infezzjoni" – AAA

L-AAA irnexxielha tagħti ħajja ġdida lil qattus li għandu għajn minnhom mifqugħa u konsegwentament qed tikkawżalu infezzjoni. Dan hekk kif ħadu ħsieb jagħmlulu operazzjoni sabiex ineħħulu din l-għajn.

“Issa jinsab sigur u f’kundizzjoni ħafna aħjar,” kitbu l-AAA li fissru kif se jkomplu jżommu għajnejhom fuq dan il-qattus sabiex jaraw li jkun jista’ jkompli jara mill-għajn l-oħra.

“Jaħasra kemm ikollhom ibatu ċerti annimali,” komplew b’dispjaċir l-AAA li rċevew kummenti ta’ tifħir mingħand bosta għall-għajnuna li qed jagħtu lill-annimali fil-bżonn.





Prosit lill-AAA!

Ritratti: Facebook / Association for Abandoned Animals



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI