Il-kantant Malti Shaun Farrugia wieġeb għal xi mistoqsijiet u anke żvela xi affarijiet fuq il-magazine Wonderland.

Dawn staqsewh bosta mistoqsijiet dwar, fosthom dwar kif kienet tfulitu, u x’kien dak li influwenza l-mużika u l-kreattività tiegħu. Rigward fejn jixtieq jasal bil-mużika tiegħu fil-futur Shaun wieġeb li huwa jħobb jesperimenta u jikkollabora mal-artisti. Hawnhekk ma setax ma jsemmix lid-DJ popolari Martin Garrix, persuna li Shaun ħadem ħafna magħha.

Dwar il-pjanijiet għal dis-sena qal li hemm ħafna shows u pjanijiet li ma jistax jistenna biex iħabbar, fejn se jkun jista’ jkanta l-kanzunetti tant għal qalbu quddiem udjenza live.

Facebook / Shaun Farrugia


Henzley  Bezzina